San Duminku ta' Guzman
Twieled:
1170 f’Kalaruega, Burgos, Il-Kastell l’Antik fi Spanja.
Miet:
6 t’Awissu 1221 f’Bologna l’Italja.
Kanonizzat:
3 ta’ Lulju 1234 mill-Papa Girgor IX f’Rieti, l’Italja.
Festa :
8 t’Awissu
Tifsira ta’ Ismu:
Bniedem ta’ Alla
Profil:
Twieled fi Spanja minn familja nobli, wild ta’ beata Ġovanna ta’ Aza u Feliċ ta’ Gużman, meta ommu kienet tqila kellha ħolma li t-tarbija tagħha, li kellha titwieled kien se jkun bħal kelb bit-torċa f’ħalqu, li jfisser li bil-priedki tiegħu kellhu jagħti dawl lid-dinja kollha; Il-kelb bit-torċa f’ħalqu ġie simbolu tal-ordni mwaqfa minnu stess – id-Dumnikani. Fil-magħmudija ta’ Duminku, il-beata Ġovanna (ommu) rat stilla tiddi fuq sidru, li kien simbolu ieħor fl-arti, li wassal biex jagħti ġieħ lil San Duminku bħala patrun ta’ l-astronomija.
Studja l-filosofija u teoloġija fl-Universita’ ta’ Palencia, sar qassis u kanonku tal-katidral t’Osma. Augustinjan, li ħadem għal riforma klerikali, għamel għommru kollu appostlu ma’ l-eretiċi, speċjalment fi Franza kontra l’Albiġizi. Ħadem mal-beatu Pietru ta’ Kastelnau. Fl-1215 waqqaf l’Ordni tal-Predikaturi (Dumnikani), kommunita ta’ patrijiet li kienu jgħixu ħajja sempliċi, ħajja t’austerita; u ordni ta’ sorijiet dedikati biex jieħdu ħsieb tfal bniet minn eta’ żgħira. Kien ukoll ħabib ta’ Santa Amata t’Assisi.
F’punt wieħed Duminku bħal beda jħossu qiegħed jaqta’ qalbu fil-missjoni tiegħu; ħadem kemm ħadem l’ereżiji baqgħu, imma hu kellhu viżjoni mill-Madonna, li hu tant kien iħobb, li wrietu l-kuruna ta’ ward li tirrapreżenta – ir-rużarju. Qaltlu biex jgħid ir-rużarju kuljum u jgħallmu lil kull min irid jisma’, u eventwalment il-verita tal-fidi tirbaħ. Duminku jibqa’ imsemmi, mhux biss għat-twaqqif tar-rużarju, imma li huwa żgur hu li xerred id-devozzjoni lejh, u uża biex issaħħah il-ħajja spiritwali tiegħu.
Baqa’ ‘msemmi li għamel ħafna mirakli bħal meta qajjem erba’ persuni mill-mewt u tant oħrajn. Leġenda tgħid li Duminku ra viżjoni ta’ tallab li bħalu kien se jagħmel ħwejjeġ kbar għal fidi. Duminku ‘ltaqa miegħu l’għada, u għanqu lil xulxin hu qallu “Inti l-ħabib sinċier tiegħi jinħtieġ timxi miegħi, jekk nibqgħu flimkien, ebda’ qawwa fid-dinja ma tkun tista’ għalina.” It-tallab ma kien ħadd ħlief San Frangisk t’Assisi.
Viva Missierna San Duminku